06/08/2025
Tifkira tal-50 Anniversarju tal-Inkurunazzjoni
B’kollaborazzjoni ma’ MaltaPost p.l.c., il-Grupp Armar Marija Assunta - Mosta ippubblikajna fuljett b’sett ta’ sitt bolol personalizzati biex jitfakkar il-50 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari.
Għandna numru limitat ta' libretti li qed jinbiegħu għall-prezz ta' €40.
Jekk inti interessat nitolbuk tikkuntattja permezz ta' messaġġ fuq din il-paġna jew fuq 79286652. Jinsabu ukoll għall-bejgħ mingħand Cauchi's Stationery fil-Pjazza tal-Mosta.
Tħallux għall-aħħar!
Mosta Parish
Kunsill Lokali Mosta