Schola Publications

Schola Publications Books for Schools

23/11/2024
It-tieni ktieb mis-sensiela Malti.B, flimkien mal-ktieb tal-prattika, jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. Kburin i...
15/02/2024

It-tieni ktieb mis-sensiela Malti.B, flimkien mal-ktieb tal-prattika, jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. Kburin immens li b’din il-ħidma qed niffaċilitaw il-ħajja tal-għalliema tal-Malti li għalihom kull ġurnata saret sfida, speċjalment fejn jidħol il-qasam tal-Malti bħala lingwa barranija. Nittamaw ukoll li l-ktieb ikompli jgħin u jsaħħaħ il-pedament ta’ kull student barrani li jeħtieġlu jitgħallem l-ilsien tagħna. Kull min jixtieq kopja ta’ spezzjoni jikkuntattjana fuq: 79791910.

Tabella ta' l-iskema Malti.Q Għal aktar informazzjoni ċempel 79791910.
21/10/2023

Tabella ta' l-iskema Malti.Q Għal aktar informazzjoni ċempel 79791910.

Bi pjaċir inħabbru t-tnedija tal-ewwel erba’ kotba tal-qari mis-serje Malti.Q li jiffurmaw parti mill-kullana MaltiDot. ...
21/10/2023

Bi pjaċir inħabbru t-tnedija tal-ewwel erba’ kotba tal-qari mis-serje Malti.Q li jiffurmaw parti mill-kullana MaltiDot. Din is-serje, li għadha fil-bidu tagħha, mistennija tkompli tikber fil-jiem li ġejjin bi żieda ta’ iżjed kotba ta’ ġeneri differenti.
Il-kotba f’din is-serje huma llivellati skont skema ta’ livelli ta’ qari u rrakkmandati skont l-età. Il-ġeneri huma differenti u li jolqtu l-gosti ta’ kull individwu. Dawn jinkludu stejjer, kitbiet fattwali, poeżiji, ħrejjef u kitbiet oħra li huma kollha xogħol oriġinali. Kull ktieb huwa akkumpanjat b’illustrazzjonijiet u stampi sbieħ.
Is-serje Malti.Q tibda minn età bikrija u tibqa’ tiela’ sas-snin tal-Medja. Hija serje ta’ kotba tal-qari innovattiva fejn, minbarra l-qari, kull ktieb fih attivitajiet varji mmirati għal qabel, waqt u wara l-qari. Il-font użat huwa font faċli biex taqrah.
Dawn il-kotba jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin kif ukoll tista’ tordnahom mill-ħwienet tal-istationery fil-lokalità tiegħek.
L-għalliema li jkunu jixtiequ kopja ta’ spezzjoni huma ġentilment mitluba jikkuntatjaw lis-Sinjura Jane Zerafa fuq 79791910.

Finally, the long-awaited Ready Study Science 6B is now in print. Distribution to the main booksellers and schools that ...
25/07/2023

Finally, the long-awaited Ready Study Science 6B is now in print. Distribution to the main booksellers and schools that adopted the book starts today Tuesday 25th July.

31/01/2023

Finally, Number Wise 6b Textbook is ready. This completes the Number Wise series so now there are 14 workbooks and 12 textbooks in the whole series. Work is in progress also on the Number Wise RAP series and these should be available for the next scholastic year. We are also planning to create a Practice book for each level to have supplementary work to complement the workbooks and textbooks. Thanks to the whole team behind the project especially Ms Lorraine and for your continuous support. Schools entitled for complimentary copies or inspection copies kindly contact us by email: [email protected] or whatsapp: 79567891

Books for Schools

Bi pjacir inħabbru l-pubblikazzjoni Malti.K 2 li tifforma parti mill-Kullana Malti Dot. Dan il-ktieb ta' taħriġ huwa rri...
24/01/2023

Bi pjacir inħabbru l-pubblikazzjoni Malti.K 2 li tifforma parti mill-Kullana Malti Dot. Dan il-ktieb ta' taħriġ huwa rrikmandat għal studenti tat-tieni sena fil-livell Primarju.
Is-serje Malti.K tikkonsisti f'sitt kotba għall-kitba kreattiva, mill-ewwel sena fil-livell Primarju u tibqa’ tiela’ sal-aħħar sena fil-livell Primarju. Din is-serje ta' kotba ta' taħriġ twassal it-tagħlim tal-kitba bil-Malti lit-tfal b’mod ġdid u kreattiv u hija mfassla fuq il-Qafas tal-Kisbiet tat-Tagħlim.
Dan il-ktieb huwa maħsub biex l-istudenti jkollhom l-opportunità li jikbru bħala kittieba u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-kitba permezz ta’ attivitajiet li jvarjaw minn kitba ta’ sentenzi bażiċi sa kitba ta’ paragrafi, messaġġi u inviti.
F'dan il-vjaġġ bħala awturi, l-istudenti se jkollhom jakkumpanjahom lil Robin ir-Robot!

Address

Triq Il-Genista
Il-Kalkara
KKR1560

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Schola Publications posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share

Category